Sunday, November 24, 2024

Serb qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ allegat aggressjoni fil-Qawra

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ allegat aggressjoni li seħħet iktar kmieni dalgħodu fil-Qawra. Kien għall-ħabta tas-6:30 a.m. xħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq Andrew Cunningham.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li ftit qabel seħħ argument bejn żewġt irġiel – Serb ta’ 38 sena u Malti ta’ 31 sena, u Ingliża ta’ 31 sena. Allegatament, waqt l-argument, is-Serb hedded liż-żewġ persuni l-oħra b’sikkina.

Waqt li r-raġel ta’ 31 sena sofra xi ġrieħi bis-sikkina u ħarab mir-residenza, il-mara ppruvat taħrab mill-gallarija fejn waqgħet madwar sular għoli. Iż-żewġ persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

Mill-istess residenza, il-Pulizija arrestat lis-Serb ta’ 38 sena, li bħalissa qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport