Serb ingħata sentenza ta’ probation ta’ tliet snin wara li ammetta li fl-4 ta’ Settembru li għadda kien involut fil-fil-produzzjoni u pussess ta’ materjal indeċenti li jinvolvi persuna taħt l-età.
L-imputat ammetta quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit l-akkużi kollha fosthom li l-materjal li kellu fil-pussess tiegħu kien jinvolvi minuri.
Il-Qorti wara li rat il-filmat inkwistjoni, osservat li minkejja li l-materjal kien imur kontra l-liġi, ma jidher li fih ebda att sesswali dirett.
Wara li l-Maġistrat semgħet mill-ġdid l-ammissjoni tal-akkużt, sabet lis-Serb ħati u ddeċidiet li tipprovdi sentenza ta’ probation ta’ tliet snin minflok ħabs effettiv.
Il-Qorti spjegat lill-imputat il-konsegwenzi jekk l-ordni ta’ probation ma tiġix osservata. Dr Franco Debono u Dr Marion Camilleri dehru għall-imputat, filwaqt li l-Ispettur Marcus Cachia mexxa l-prosekuzzjoni.

