Friday, December 27, 2024

Serena Williams se tirtira mit-tennis … għalkemm mhux b’mod immedjat

Aqra wkoll

Serena Williams se  tirtira mit-tennis, għalkemm mhux immedjatament.

“Hija l-aktar ħaġa diffiċli li qatt stajt nimmaġina,’ ħabbret it-tennista leġġendarja fl-aħħar ħarġa ta’ Vogue. ‘Ma rridx li nispiċċa mix-xena, imma fl-istess ħin nisnab lesta għal dak li jmiss.”

L-irtirar ta’ Williams mhux wieħed immedjat. Kif żvelat fl-intervista tagħha, għadha tittama li tista’ tilgħab fil-US Open fi New York aktar tard dan ix-xahar.

“Sfortunatament ma kontx lesta li nirbaħ it-tournament ta’ Wimbledon din is-sena,” qalett Williams. ‘U ma nafx jekk inkunx lesta biex nirbaħ it-tournament ta’ New York. Imma jien ser nipprova. U t-tournaments ta’ qabel dan, se jkunu divertenti.

“Imma jien mhux qed infittex xi mument ċerimonjali u finali fil-court,” kompliet hi.

Williams mhux biss trid tqatta’ aktar ħin ma’ żewġha, Alexis, u t-tifel tagħhom ta’ ħames snin, Olympia, iżda t-23 darba rebbieħa tal-Grand Slam singles żvelat li l-koppja qed tipprova jkollha tifel ieħor fil-futur qrib.

“Fl-aħħar sena, jien u Alexis konna qed nippruvaw ikollna tifel ieħor. Żgur li ma rridx nerġa’ nkun tqila bħala atleta.”

Ekonomija

Sport