L-attakkant Ġermaniż, Serge Gnabry, iffirma estensjoni tal-kuntratt ma’ Bayern Munich sa Ġunju tal-2026.
Il-ftehim preċedenti tal-player ta’ 26 sena mal-ġganti ta’ Munich kien mistenni jiskadi fis-sajf li ġej, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu matul l-aħħar ġimgħat.
Chelsea, Manchester United, Manchester City, Liverpool u Arsenal kienu kollha mifhuma li kienu qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq l-iżviluppi madwar l-internazzjonali Ġermaniż.