Il-winger ta’ Bayern Munich, Serge Gnabry, qed jikkunsidra li jħalli lill-Bavarjani fis-sajf fost interess minn clubs bħal Real Madrid u Liverpool.
Il-player ta’ 26 sena kien player importanti għall-club mill-Bavarja dan l-istaġun, fejn skorja 14-il goal u rreġistra 10 assists f’37 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Huwa mifhum li Bayern huma ħerqana li jestendu l-kuntratt ta’ Gnabry, li jiskadi f’Ġunju tal-2023, iżda għad hemm xi taħdidiet bejn iż-żewġ naħat fuq ftehim potenzjali u l-internazzjonali Ġermaniż qed jikkontempla sfida ġdida x’imkien ieħor.
Huwa mifhum li Real Madrid għamlu kuntratt mar-rappreżentanti ta’ Gnabry dwar id-disponibbiltà tiegħu u ilhom jissorveljaw mill-qrib lill-winger għal dawn l-aħħar ħames snin.
L-ex sieħeb ta’ Gnabry David Alaba, li issa qed jilgħab mal-Los Blancos, huwa mifhum li qed jimbotta biex il-club attwali tiegħu jiffirma lill-player Ġermaniż dan is-sajf.
Intant, il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp hu maħsub li hu ‘ammiratur ħerqan’ tal-kompatrijott tiegħu u hu identifika lill-ex palyer ta’ Arsenal bħala sostitut potenzjali għal Mohamed Salah, li l-futur fit-tul tiegħu f’Anfield għadu inċert.
Juventus ġew ukoll akkreditati b’interess f’Gnabry, li rebaħ 11-il trofew ma’ Bayern, inklużi ċ-Champions League fl-istaġun 2019-20 u tliet titli tal-Bundesliga.