Il-midfielder ta’ Espanyol, Sergi Darder, fetaħ qalbu dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa mentali u ħeġġeġ lill-footballers biex ifittxu l-għajnuna waqt intervista riċenti.
Il-parir jasal wara li l-player ta’ 28 sena lura fi Frar ammetta li “ma kienx qed iħossu f’siiktu” minkejja s-suċċess tiegħu fil-kamp tal-football, fejn fost oħrajn kien captain tat-team mil-La Liga, Espanyol.
Darder kien sostna li l-pressjonijiet tal-karriera tiegħu fil-football kienu qed jolqtuh b’mod negattiv u wasslu għal tnaqqis fis-saħħa mentali tiegħu, li wassluh biex ifittex l-għajnuna neċessarja.