Wednesday, October 9, 2024

Sergi Roberto jitlaq lil Barcelona

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Spanjol Sergi Roberto sejjaħ konferenza stampa għall-ġurnalisti biex isellem lil Barcelona wara li se jitlaqghom wara 16-il staġun konsekuttiv.

Sergi Roberto ingħaqad mal-Katalani meta kellu 14-il sena u minn dakinhar ‘l hawn lagħab 245 partita magħhom u skorja 12-il gowl.

Bi dmugħ f’għajnejh, Sergi Roberto qal li ma jistax jinsa dan iż-żmien u ma’ kemm lagħab plejers. Hu sostna li l-akkademja tal-klabb magħrufa bħala La Masia hi l-aqwa waħda fi Spanja u tipproduċi plejers ta’ isem.

Għadu mhux magħruf ma’ min se jilgħab Sergi Roberto li llum il-ġurnata għandu 33 sena.

Sport