Atletico Madrid huma interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Barcelona, Sergi Roberto.
Il-kuntratt tal-player ta’ 30 sena fil-Camp Nou għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u s’issa ma setax jasal għal ftehim mat-team immexxi minn Xavi dwar estensjoni tal-kuntratt.
Roberto skorja żewġ goals u rreġistra assist wieħed fi 12-il dehra ma’ Barcelona dan l-istaġun, iżda l-player internazzjonali ta’ Spanja ilu barra mill-azzjoni mill-aħħar ta’ Ottubru minħabba injury.
Xavi reċentement esprima x-xewqa li jżomm lil Roberto, iżda għad hemm spekulazzjoni mifruxa dwar il-futur tiegħu, b’Arsenal u Manchester City jingħad li huma fost dawk interessati fis-servizzi tiegħu.
Intant, numru ta’ clubs tal-MLS kienu wkoll f’kuntatt mar-rappreżentanti tal-midfielder biex jiddiskutu bidla possibbli għall-Amerika.
Huwa mifhum li hemm interess ukoll minn Atletico Madrid, bit-team immexxi minn Diego Simeone determinat li jżommu fil-La Liga għall-istaġun 2022-23.
Roberto għamel 316-il dehra ma’ Barcelona fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn rebaħ sitt titli tal-La Liga, żewġ edizzjonijiet taċ-Champions League u sitt trofej tal-Copa del Rey matul iż-żmien tiegħu mal-club.