Il-plejer Katalan Sergio Busquets mistenni jitlaq lil Barcellona fi tmiem dan ix-xahar, sitt xhur qabel tmiem il-kuntratt tiegħu hekk kif qed jissemma’ b’insistenza li jingħaqad ma’ Inter Miami fl-Istati Uniti.
Dan it-tim li jilgħab fil-Major League Soccer Amerikana ilhom jiġru wara l-firma ta’ dan il-plejer u jidher li din il-ħolma se ssir realta’.
Min-naħa tagħhom, Barcellona mhux se jħassrulu dan it-trasferiment u mistennija jiftiehmu ma’ Inter Miami dwaru.