Il-kowċ ta’ Porto Sergio Conceicao jinsab fir-radar ta’ Napoli bil-president Aurelio de Laurentis li jrid jakkwista manager ta’ profil għoli li jkun jista’ jmexxihom għall-istaġun li ġej iktar u iktar għax i Partenopei se jipparteċipaw fil-UEFA Champions League.
Minkejja kollox, rapporti minn ġurnali Taljani qed jgħidu li mhux se jkun faċli li Conceicao jikkowċja lit-tim li jilgħab fi Stadio Diego Armando Maradona minħabba li jinsab taħt kuntratt u hemm penali ta’ €18-il miljun sabiex jiġi rilaxxat.
Sergio Conceicao bħala plejer lagħab l-Italja ma’ Parma, Inter u Lazio.