Hekk kif ġie ppreżentat quddiem pubbliku numeruż f’Estadio Ramon Pizjuan ta’ Seville, id-difensur veteran Sergio Ramos sostna li reġa’ jinsab id-dar wara assenza ta’ aktar minn 15-il sena minn dan il-klabb.
Hu kien qed jitkellem b’ċertu emozzjoni fejn f’mument minnhom deher jibki xi ftit fuq dak li għadda minnu ma’ Paris St Germain.
Sergio Ramos qal li ħaseb li f’Pariġi kien hemm proġett, iżda aktar minn hekk, il-pjan kien biss ekonomiku li jinvolvi l-flus u mhux b’mod kollettiv. Hu qal li din ma kinitx il-filosofija tiegħu u għalhekk iddeċieda li jwarrab.