Sergio Ramos ħabbar li huwa ħerqan li jestendi l-kuntratt tiegħu ta’ Paris Saint-Germain lil hinn mis-sajf tal-2023.
Il-player ta’ 36 sena ffirma kuntratt ta’ sentejn fil-kapitali Franċiża mal-wasla tiegħu mingħand Real Madrid fis-sajf li għadda iżda kellu l-ewwel staġun tiegġu ferm diżappuntanti fil-Parc des Princes minħabba sensiela ta’ injuries.
Ramos ġie marbut ma’ tluq bikri mill-club wara li s’issa għamel biss seba’ dehriet matul l-istaġun 2021-22, li matuli ġie wkoll ibbuwjat mill-partitarji tiegħu stess.
Id-difensur ċentrali issa afferma li jippreferi jiffrma estensjoni ma’ PSG milli jħalli l-club, u qal li: “Nixtieq nilgħab għal erba’ sa ħames snin oħra f’livell għoli, u mbagħad nesperjenza xi ħaġa oħra.”
Ramos skorja l-ewwel goal tiegħu għal PSG fir-rebħa ta’ 4-0 fil-Ligue 1 kontra Reims f’Jannar u lagħab id-90 minuta sħiħ fir-rebħa ta’ 6-1 ta’ tmiem il-ġimgħa fuq Clermont.