L-eks difensur ta’ Real Madrid, Paris St Germain u Seville Sergio Ramos se jkun qed imur fuq trasferiment b’xejn ma’ Rayados fil-Messiku. Id-difensur iffirma kuntratt preliminari u matul din il-ġimgħa se jkun qed jivjaġġa lejn dan il-pajjiż fl-Amerika ta’ Fuq.
Sergio Ramos għandu 38 sena u lagħab 180 logħba mat-tim nazzjonali Spanjol bejn l-2005 u l-2021 fejn deher 180 darba u skorja 23 gowl.