Saturday, October 11, 2025

Serhou Guirassy fil-mira ta’ Barcelona

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Borussia Dortmund Serhou Guirassy, se jkollu klawsola ta’ rilaxx ħafna aktar baxxa fis-sajf li ġej, li tagħmlu mira attraenti għal diversi klabbs kbar fl-Ewropa.

Skont rapporti, Barcelona qed isegwu mill-qrib lill-plejer ta’ 29 sena, li jinsab f’forma straordinarja minn meta ngħaqad mal-klabb Ġermaniż wara perjodu spettakolari ma’ Stuttgart, fejn irċieva tifħir kbir mill-kowċ attwali tiegħu Niko Kovac.

Guirassy s’issa lagħab 35 logħba mat-tim minn Dortmund u skorja 25 gowl.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport