Fis-Serie A, Juventus ħadu skoss qawwi li jkomplu jisfidaw lil Inter għar- rebħ tat-titlu meta ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Verona biex issa jinsabu disa’ punti taħt Inter li jridu jirkupraw logħba.
Verona kienu dejjem fil-vantaġġ minn Michael Folorunsho (11) u Tijjani Noslin (52) iżda Dusan Vlahovic (28 pen) u Adrien Rabiot (55) kisbu d-draw għall-Bianconeri.
Genoa v Napoli – F’darhom Napoli komplew jiddiżappuntaw meta marru għand Genoa u setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 1-1 biex ħadu daqqa ta’ ħarta kbira fl-aspirazzjonijiet tagħhom li jikkwalifikaw għal kompetizzjoni Ewropea.
Kien Morten Frendrup (47) li fetaħ l-iskor għal Genoa iżda Cyril Ngonge (93) salva r-riżultat għan- Naplitani.