Fis-Serie A Taljan, Inter baqgħu jżommu l-pass mat-timijiet tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika meta għelbu lil Sampdoria bl-iskor ta’ 3-0.
Kien Stefan de Vrij (20) li fetaħ l-iskor għan-Nerazzurri meta kkonkluda mill-corner ta’ Hakan Calhanoglu biex dan kien ir-raba’ goal tiegħu kontra Sampdoria mis-sitta li skorja fis-Serie A.
Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, Nicolo Barella rdoppja wara li rċieva mingħand Alessandro Bastoni.
Fit-73 minuta, Joaquin Correa qabad ballun mill-kaxxa tiegħu u b’azzjoni personali ssiġilla r-rebħa Interista.