Inter kisbu rebħa faċli ta’ 3-0 fuq Spezia biex kisbu t-tieni rebħa u għaldaqstant għandhom sitt punti.
Kif jindika r-riżultat in-Nerazzurri ddominaw dan il-konfront fejn Romelu Lukaku minkejja li ma niżżilx ismu fuq il-lista tal-iskorers huwa kellu partita kbira fejn saħansitra ġie mċaħħad mill-mimduda.
It-tliet goals ġew skorjati minn Lautaro Martinez fit-35 minuta, Hakan Calhanoglu fit-52 minuta u Joaquin Correa fit-82 minuta.