Fis-Serie A, Roma laqgħu lil Torino u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2 biex żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa.
L-eroj tal-Giallorossi kien l-attakkant Arġentin, Paulo Dybala (42 pen, 57, 69) li skorja hat-trick bil-goals tal-Granata jiġu skorjati minn Duvan Zapata (44) u minn auto-goal ta’ Dean Huijsen 88).
Fiorentina v Lazio – Fiorentina għelbu lil Lazio 2-1 f’darhom u issa qed jokkupaw is-seba’ post meta qabżu lill-istess avversarji. Il-Viola għandhom 41 punt u Lazio 40.
Fiorentina skorjaw żewġ goals fi spazju ta’ sitt minuti minn Michael Kayode (61) u Giacomo Bonaventura (69) wara li Luis Alberto (45) kien poġġa lil Laziali fil-vantaġġ.