Saturday, November 16, 2024

Serie A: Iċ-champions Inter jispiċċaw l-istaġun bi draw kontra Verona

Aqra wkoll

Fis-Serie A, iċ-champions Inter temmew l-impenji tagħhom tal-istaġun bi draw ta’ 2-2 għand Verona.

L-iskorer tagħhom kienu Marko Arnautovic (10, 45) filwaqt li Tijjani Noslin (16) u Tomas Suslov (37) wieġbu għal Verona.   

Atalanta v Torino – Atalanta għelbu lil Torino bl-iskor ta’ 3-0 u permezz ta’ din ir-rebħa, issa Roma se jilagħbu fil-Europa League u mhux fiċ-Champions Lea­gue.

Għaldaqstant, l-Italja se tkun rappreżentata minn ħames timijiet fiċ-Cham­pions League u mhux minn sitta. L-iskorers kienu Gianluca Scamacca (26), Ademola Lookman (43) u Mario Pa­salic (71 pen).

Napoli v Lecce – Napoli komplew jiddiżappuntaw  meta laqgħu lil Lecce u setgħu biss itemmu fi draw ta’ mingħajr goals.

Empoli v Roma – Empoli laqgħu lil Roma u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 biex evitaw ir-relegazzjoni meta fil-ħin miżjud M’Baye Niang (92) skorja l-goal tar-rebħa wara li Matteo Cancellieri (13) fetaħ l-iskor għalihom iżda Houssem Aouar (45) kiseb id-draw momentarju għal Ro­ma. 

Frosinone v Udinese – Barra minn darhom Udinese għelbu lil Frosinone bl-iskor ta’ 1-0 biex dawn tal-aħħar ngħaqdu ma’ Sassuolo u Sa­lernitana biex staġun ieħor jilagħbu fis-Serie B.

Il-goal wasal minn Kei­nan Davis (76)

Lazio v Sassuolo – Lazio u Sassuolo spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Mattia Zaccagni (60) ta l-vantaġġ lil Lazio iżda Mattia Viti (61) kiseb id-draw għal Sassuolo.

Ekonomija

Sport