Saturday, December 14, 2024

Serie A: Id-deċiżjoni tat-tnaqqis ta’ 15-il punt għal Juventus se tiġi revokata?

Aqra wkoll

L-appell ta’ Juventus dwar it-tnaqqis ta’ 15-il punt mistenni jinstema’ għal nofs April hekk kif hemm aktar minn elf paġna li jridu analizzat. 

It-triq li twassal għas-smigħ ġiet traċċata, iżda d-deċiżjoni finali għadha ftit ‘il bogħod.  Peró  hemm bżonn li tiġi ffissata d-data tal-verdett minħabba li dan il-fatt qed jikkundizzjona l-klassifika tal-kampjonat Taljan. 

Il-president tal-Qorti Federali tal-Appelli, Gabriella Palmieri Sandulli, għandha l-istampa kollha ta’ dawk involuti hekk kif iż-żmien huwa għaddej ġmielu.  

Iż-żmien li hemm bżonn biex jasal għall-verdett li jikkonferma l-klassifika attwali tas-Serie A  se jieħu ftit fit-tul. 

Għaldaqstant biex jitħaffef il-proċess, teżisti wkoll il-possibbiltá li l-Bord jieħu triq oħra, jiġifieri l-annullament tat-tnaqqis tal-15-il punti b’referenza għal-Qorti Federali tal-Appell, f’liema punt talab biex tiġi rriveduta  l-piena ibbażata fuq il-kummenti riċevuti.

L-awtoritajiet qed jaħdmu kontra l-ħin għall-fatt li f’Mejju jintemm il-kampjonat u trid tittieħed deċiżjoni minħabba l-kwalifikazzjoni tat-timijiet fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Jekk il-piena tat-tnaqqis ta’ 15-il punt tiġi revokata, teżisti possibbiltá li l-Bianconeri jispiċċaw fit-tieni post. 

Ekonomija

Sport