Sunday, November 24, 2024

Serie A: Il-leaders Inter jiltaqgħu kontra t-team tal-qiegħ Empoli

Aqra wkoll

Meta tintlagħab il-ħa­mes ġurnata tal- Kampjonat Taljan, il-leaders Inter ikunu mpenjati għand Empoli filwaqt li ċ-champions Napoli wkoll jilagħbu barra minn darhom kontra Bologna.

Empoli v Inter – Inter, li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’punti massimi minn erba’ partiti, jaffrontaw lil Empoli li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr l-ebda punt. 

Għaldaqstant, it-team ospitu jkun qed ifittex li jikseb l-ewwel punti u jinżel biex jagħti sfida qawwija lin-Nerazzurri wara l-umiljazzjoni ta’ 7-0 kontra Roma.

Barra minn hekk f’nofs il-ġimgħa ħatru lill-coach Aurelio Andreazzoli minflok Paolo Zanetti li ġie mneħħi mill-kariga.  

Iżda Inter jinżlu b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa kbira ta’ 5-1 kontra r-rivali Milan … bil-protagonista jkun l-attakkant Arġentin, Lautaro Martinez li   s’issa skorja ħames goals staġjonali

Empoli se jkunu mingħajr Elia Caprile u Da­niel Maldini filwaqt li Inter għandhom il-players kol­lha għad-dispożizzjoni tagħ­hom. 

Bologna v Napoli – Iċ-champions Napoli jiffaċ­ċjaw lil Bologna li jinsabu fin-nofs tal-klassifika. 

Jekk Napoli jridu jżommu l-pass ma’ Inter huwa imperattiv għalihom li joħorġu bit-tliet punti minħabba li fl-aħħar żewġ ħarġiet kisbu biss punt … wara li sfaw megħluba 2-1 f’darhom minn Lazio u ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Genoa. 

Iż-żewġ players li fl-istaġun kienu strumentali fir-rebħ tat-titlu, Victor Osimhen u Kvicha Kvaratshkelia, huma biss id-dell tal-forma solita tagħhom.    

Huma ma jistgħux jinkludu lil Pierluigi Gollini filwaqt li Bologna għandhom lil Alexis Saelemae­kers u Adama Souamouro neqsin minħabba li qed jirkupraw minn injury. 

Milan v Verona – Milan jospitaw lil Verona fejn iridu jinsew l-umiljazzjoni tat-telfa ta’ 5-1 kontra Inter. 

Bħalissa, ir-Rossoneri mhumiex għaddejjin minn forma tajba, tant, li f’nofs il-ġimgħa huma setgħu jispiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra Newcastle f’darhom, fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League. 

Il-pressjoni tinsab kollha fuqhom u ma jistgħu jfallu kontra team li jinsab żewġ  punti warajhom minħabba li jridu jibqgħu fil-kuntatt mal-leaders. 

Verona għandhom nieqes lil Jaydef Braaf u Tho­mas Henry filwaqt li Milan ma jistgħux jinkludu lil Mike Maignan, Ruben Loftus Cheek, Mattia Caldara, Pierre Kalulu u Ismael Bennacer għax jinsabu mweġ­ġgħin. 

Sassuolo v Juventus – Juventus għandhom partita delikata meta jaffrontaw lil Sassuolo. 

Huma jimmiraw li jkomplu bis-sensiela pożittiva hekk kif jinsabu fit-tieni post tal-klassifika fejn jittamaw ukoll minn żelqa ta’ Inter. 

Sport