Sunday, October 27, 2024

Serie A: Il-leaders Milan ikomplu jkabbru l-vantaġġ?

Aqra wkoll

Meta tintlagħab il-35 ġurnata tal-Kampjo­nat Taljan, il-leaders Milan jistgħu jkabbru l-vantaġġ hekk kif filwaqt li huma jospitaw lil Fiorentina, Inter imorru jilagħbu għand Udi­nese. 

Milan v Fiorentina – Milan jilqgħu lil Fiorentina fejn jibdew favoriti li joħorġu rebbieħa. 

Huma se jilagħbu kontra team li ġej minn żewġ telfiet wara tliet rebħiet u bħal donnu tilef ir-ritmu … meta fl-aħħar ħarġa safa megħlub  f’daru minn Udinese bl-is­kor ta 4-0.

Il-Viola huma fil-bżonn il-punti biex jikkwalifika għal kompetizzjoni Ewropea u għaldaqstant ma jistgħux joħorġu b’idejhom voj­ta. 

Milan se jkollhom neqsin lil Ismael Bennacer, Alessandro Florenzi u Simone Kjaer filwaqt li Gaetano Castrovilli hu l-uniku player nieqes għal Fiorentina.

Udinese v Inter – Inter imorru għand Udinese fejn qed tistennihom partita mill-aktar diffiċli.

In-Nerazzurri se jsibu quddiemhom team b’moral mill-aktar għoli hekk kif ġejjin minn rebħa kbira ta’ 4-0 għand Fiorentina filwaqt li huma ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 2-1 għand Bologna.

Minkejja li Inter kienu favoriti li joħorġu rebbieħa fil-partita li kellhom jirkup­raw, kontra kull mistenni kellhom ibaxxu rashom wara li fetħu l-iskor minn Ivan Perisic wara biss tliet minuti. 

Iżda fil-81 minuta huma ngħataw id-daqqa mortali meta l-goalkeeper, Andrei Radu, għamel paprata kbira mit-throw-in ta’ Ivan Perisic lejh. 

Robin Gosens u Arturo jinsabu mweġġgħin u allura se jkunu neqsin għal Inter filwaqt li Beto u Antonio Santurro ta’ Udinese qed jirkupraw minn injury.

Napoli v Sassuolo – Napoli jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ meta jilagħbu f’darhom kontra Sassuolo. 

Huma jridu jinsew id- diżappunt tat-tliet partiti preċedenti fejn  litteralment rema l-punti fejn kisbu punt wieħed biss. 

Wara li Partenopei kienu jidhru sfidanti denji għar- rebħ tat-titlu, issa qed jissieltu għat-tielet post fejn saħansitra jistgħu jinqabżu minn Juventus meta jinsabu punt wieħed biss taħt­hom.  

Il-Partenopei għandhom  lil Stanislav Lobotka, Elf Elmas u Giovanni di Lorenzo mweġġgħin.  

Juventus v Venezia – Juventus jilqgħu lil Venezia li jinsabu fl-aħħar post tal- klassifika u jidher ukoll li jitilfu posthom mal-kbar miħabba li jinsabu sitt punti mis-salvazzjoni. 

Għaldaqstant huma jibdew favoriti li jirbħu dan il-konfront biex ikomplu jisfidaw għat-tielet pożiz­zjo­­ni. 

Barra minn hekk jidher li l-Bianconeri qabdu r-ritmu tal-konsistenza meta fl-aħ­ħar tmien partiti huma rebħu sitta, bl-oħra tispiċċa fi draw. 

Iżda hu­ma għandhom bosta play­ers imweġġgħin, fost­hom, Juan Cuadrado, Arthur, Manuel Locatelli, Fe­de­rico Chiesa, Kaio Jorge, Weston McKennie u Marley Ake.

Sport