Friday, November 15, 2024

Serie A: Il-leaders Milan jospitaw lil Empoli

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Milan jistgħu jsaħħu posthom fil- quċċata tal-klassifika meta jospitaw lil Empoli filwaqt li Inter, li jinsabu fit-tieni pożizzjoni b’partita inqas, għandhom partita delikata meta jmorru jilagħbu għand Torino. Min-naħa l-oħra, Napoli jaffrontaw lil Verona barra minn darhom.   

Milan v Empoli – Milan jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti biex isaħħu l-quċċata meta jilqgħu lil Empoli. 

Huma jinżlu għal dan il- konfront b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa prezzjuża ta’ 1-0 barra minn darhom kontra Napoli bil-goal jasal minn Olivier Gi­roud.  

Empoli jinsabu komdi f’nofs il-klassifika u għalhekk m’għandhom l-ebda pressjoni għal din il-partita. Huma ma jistgħux jinkludu lis-sospiż Ardian Ismaili filwaqt li Riccardo Marchizza u Ni­colas Haas qed jir­kupraw minn injury.

Min-naħa tiegħu, il-coach  tar-Rossoneri, Stefano Pioli, se jkollu jgħaddi mingħajr l-imweġġgħin, Olivier Gi­roud, Tiemoue Bakayoko, Alessio Romagnoli filwaqt li  Zlatan Ibrahimovic għa­du dubjuż.

Inter v Torino – Inter      imorru għand Torino fejn jimmiraw għal rebħa biex jibqgħu fit-taqtiegħa għar- rebħ tat-titlu … l-aktar meta jridu jirkupraw partita li tagħtihom motivazzjoni kbi­ra għalkemm fil-veritá mhu­miex garantiti mit-tliet punti għax iridu jaħdmu għaliha. 

Torino jinsabu xxamplati f’nofs il-klassifika ‘l bogħod mill-periklu tar-relegazzjoni.  

Huma ma jistgħux jinkludu lil Pietro Pellegri li hu pożittiv għal Covid-19 filwaqt li Milinkovic Savic, Denis Praet u Mohamed Fares huma mweġġgħin.

Inter, li ġejjin mill-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League għas-spejjeż ta’ Liverpool, għandhom barra lil Stefan De Vrij minħabba injury fil-pexxul.

Verona v Napoli – Napoli jittamaw li jirritornaw għar- rebħ meta jmorru fir-reġjun ta’ Veneto sabiex jaffrontaw lil Verona. 

Il-coach Naplitan, Lucia­no Spalletti, irid jagħraf kif jirriorganizza lill-players tiegħu wara t-telfa diżappuntanti f’darhom ta’ 1-0 kontra Milan. Għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom. 

Napoli għadhom ma jistgħux jużaw is-servizzi ta’ Kevin Malcuit, Axel Tuanzebe u Hirving Lozano minħabba li qed jirkupraw minn injury.

Sampdoria v Juventus – Juventus imorru għand Sampdoria fejn jimmiraw li jżommu s-sensiela pożittiva  li tellgħethom fir-raba’ post wara bidu pjuttost negattiva. 

Min-naħa ta’ Samp­doria, dawn għandhom bżonn il-punti minħabba li jinsabu maqbudin fin-naħa t’isfel tal-klassifika. 

Il-Bianconeri għandhom lista twila ta’ players li mhux se jkunu disponibbli li jinkludu lil Weston Mc Kennie, Paulo Dybala, Giorgio Chiellini, Leonardo Bonucci, Denis Zakaria, Mattia de Sciglio u Alex Sandro.

Ekonomija

Sport