Friday, November 15, 2024

Serie A: Il-leaders Napoli b’partita delikata għand Sampdoria

Aqra wkoll

Mil-lum tibda tintla­għab is-17-il ġurnata tas-Serie A hekk kif wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Inter, Napoli jerġgħu jkunu nvoluti f’partita delikata meta jmorru jilagħbu għand Sampdoria. 

F’dan il-programm kif ukoll fid-diviżjonijiet inferjuri se tiġi osservata minuta silenzju għall-memorja tal-leġġendarju, Gianluca Vialli, li miet il-bieraħ fil-għodu hekk kif kellu jċedi għall-marda tal-kanċer fil-frixa. 

Sampdoria v Napoli – Din il-partita se jkollha sentiment speċjali minħabba li Sampdoria huwa t-team li beda miegħu l-karriera Gian­luca Vialli.

Imma apparti dan kollu, il-leaders Napoli ma jistgħux ifallu u jwaqqgħu l-punti wara d-diżappunt tat-telfa kontra Inter. 

Min-naħa l-oħra Sampdoria jinsabu fil-bżonn tal- punti minħabba li jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni.

Huma għandhom lil  Fabio Quagliarella, Harry Winks u Manuel de Luca, imweġġgħin filwaqt li Napoli għandhom il-players kollha għad-dispożizzjoni. 

Roma v Milan – Din hija l-aktar partita mistennija u hija miftuħa għal kull riżultat … u l-ebda team ma jaffordja jwaqqa’ l-punti … Milan biex ikomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu u Roma biex itemm fl-ewwel erba’ postijiet. 

Roma ma jistgħux jinkludu lil Andrea Belotti u Ebrina Konte filwaqt li Milan għandhom neqsin lil Ante Rebic, Divock Origi, Mike Maignan, Alessandro Florenzi u Zlatan Ibrahimovic … kollha minħabba li qed jirkupraw minn injury.

Juventus v Udinese – Juventus jilqgħu lil Udinese fejn jimmiraw li jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva wara li f’dik preċedenti, barra minn darhom għelbu lil Cremonese bl-iskor ta’ 1-0 liema goal wasal fil-ħin miżjud minn ġmiel ta’ free-kick ta’ Arkadiusz Milik wara li Cremonese laqtu l-lasta darbtejn.

Il-Bianconeri għadhom lista ta’ players imweġġgħin fosthom Mattia de Sciglio, Angel di Maria, Dusan Vlahovic, Juan Cuadrado, Paul Pogba, Leonardo Bonucci u Kaio Jorge. 

Monza v Inter – Inter imor­ru għand Monza b’moral għoli wara r-rebħa ta’ 1-0 fuq Napoli fit-tentattiv li jispiċċaw mal-ewwel erba’ timijiet. 

Madankollu huma jridu joqogħdu attenti mill-avversarji ta’ Monza li ftit tal-ġimgħat ilu wettqu sorpriża kbira fuq Juventus bl-iskor ta’ 1-0.

Il-coach Simone Inzaghi se jibbaża l-logħba tiegħu fuq l-attakk b’Edin Dzeko u Romelu Lukaku li mistennija jibdew mill-bidu.

Huma għandhom neqsin lil Marcelo Brozovic u Stefan de Vrij.

Ekonomija

Sport