Wednesday, December 25, 2024

Serie A: Il-leaders Napoli f’partita diffiċli kontra Roma

Aqra wkoll

Meta jibda jintlagħab it-tieni round tas-Serie A, il-leaders Napoli jilqgħu lil Roma f’dik li hija meqjusa bħala partita delikata u diffiċli filwaqt li Milan, li jinsabu fit-tieni post, iridu jirritornaw għar-rebħ meta jospitaw lil Sassuolo. 

Napoli v Roma– Fl-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa Napoli jilagħbu kontra Ro­ma fejn jimmiraw li jkomplu jkabbru r-rekord ta’ 16-il partita konsekuttiva mingħajr telfa f’darhom. 

Barra minn hekk, huma jimmiraw ukoll li jżommu t-12-il punt vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika. 

Min-naħa ta’ Roma, l-objettiv tagħhom huwa li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa u xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom. 

Għal din il-logħba, Napoli se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-imweġġgħin Juan Jesus u Kvicha Kvaratshkelia filwaqt li Roma se jkollhom nieqes lil Georgino Wynaldum għall- istess raġuni. 

Milan v Sassuolo– Milan jlqgħu lil Sassuolo u hija ħaġa imperattiva li jirritornaw għar-rebħ hekk kif ġejjin minn żewġ draws u telfa biex prattikament inqatgħu mill-kuntatt mal-leaders tal-klassifika. 

Min-naħa tagħhom, Sassuolo ġejjin minn erba’ telfiet u draw u għaldaqstant mhux se jċedu pulzier għall-fatt li jinsabu fil-periklu tar-relegazzjoni. 

Milan se jkunu mingħajr l-imweġġħin Zlatan Ibrahimovic, Fode Ballo, Mike Maignan u Alessandro Flo­renzi.

Lazio v Fiorentina – Lazio huma s-sorpriża ta’ dan l-istaġun li ġew minn imkien biex qed jaqsmu t-tielet post tal-klassifika flimkien ma’ Inter. 

Huma se jilagħbu f’konfront diffiċli kontra Fiorentina iżda mhux impossibbli. 

Lazio għandhom lil Ciro Immobile u Mario Gila li qed jirkupraw minn injury.

Cremonese v Inter– Trawmatizzati mit-telfa f’darhom bl-iskor ta’ 1-0 kontra Empoli, Inter imorru jilagħbu għand Cremonese b’moral baxx immens minħabba li fallew tliet punti mill-aktar importanti. 

Iżda issa jridu jirriorganizzaw u jikkonċentraw fuq Cremonese minħabba li ma jistgħux iwaqqgħu aktar punti fil-pożizzjoni delikata li jinsabu fiha. 

Huma se jkunu mingħajr l-imweġġgħin Samir Handanovic u Marcelo Brozovic filwaqt li Milan Skriniar hu­wa  sospiż.

RIŻULTATI U PROGRAMM

Il-bieraħ

Bologna v Spezia 2-0

Lecce v Salernitana 1-2

Illum

Empoli v Torino 3.00 

Cremonese v Inter 6.00

Atalanta v Sampdoria 8.45

Għada

Milan v Sassuolo 12.30

Juventus v Monza 3.00

Lazio v Fiorentina 6.00

Napoli v Roma 8.45

It-Tnejn

Udinese v Verona 8.45

Ekonomija

Sport