Friday, November 15, 2024

Serie A: Inter fit-tieni post, Milan megħluba

Aqra wkoll

Inter laħqu lil Juventus fit-tieni post tal-klassifika meta laqgħu lil Sassuolo u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-2.

In-Nerazzurri fetħu vantaġġ ta’ tilet goals minn Romelu Lukaku (41), auto-goal ta’ Ruan Tressoldi (55) u Lautaro Martinez (58). Iżda l-viżitaturi daħlu fil-partita b’żewġ goals minn Matheus Henrique (63) u Davide Frattesi (77).

Madankollu reġa’ kien Romelu Lukaku li fl-aħħar minuta aċċerta r-rebħa għat-team immexxi mill-coach Simone Inzaghi.

Min-naħa ta’ Milan, dawn ħadu daqqa ta’ ħarta kbira fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw biex itemmu fl-ewwel erba’ postijiet meta marru għand Spezia u ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 2-0.

B’din ir-rebħa, issa Spezia żammew it-tamiet ħajjin li jkomplu jiġġieldu għas-salvazzjoni.

Il-goals tat-team ospitu waslu l-aħħar kwarta minn Przemyslaw Wisniewski (75) u Salvatore Esposito (85).

Ekonomija

Sport