Inter dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Lazio bl-iskor ta’ 3-1 bil-konsegwenza li żammew it-tamiet tagħhom ħajjin biex jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League.
Fl-istess waqt, b’din ir-rebħa Inter fetħu t-triq għal Napoli li jekk jegħlbu lil Salernitana, huma jiġu dikjarati champions wara 33 sena.
Kien Felipe Anderson (30) li fetaħ l-iskor għal Lazio wara żball fid-difiża. Madankollu fl-aħħar kwarta, in-Nerazzurri għamlu rimonta biex skorjaw tliet darbiet mingħajr risposta bil-goals jaslu minn Lautaro Martinez (78, 91) u Robin Gosens (83).