Fis-Serie A, Inter komplew isaħħu t-tieni post meta għelbu lil Udinese bl-iskor ta’ 3-1.
Kien Romelu Lukaku li fetaħ l-iskor fl-20 minuta permezz ta’ penalty li fl-ewwel tentattiv tiegħu ġie salvat mill-goalkeeper, Marco Silvesti, iżda fuq insistenza tal-VAR kellu jerġa’ jingħata.
Iżda żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Udinese kisbu d-draw b’xutt qawwi ta’ Sandi Lovric.
Fit-tieni taqsima r-ritmu żdied u l-Friulani fallew ċans tajjeb li jmorru fil-vantaġġ meta Isaac Success spara barra mill-qrib.
Huma pattew qares għal dan iċ-ċans fallut hekk kif fit-73 minuta, in-Nerazzurri skorjaw it-tieni goal b’first timer minn tarf il-kaxxa.
Fl-aħħar minuta, is-sostitut Lautaro Martinez issiġilla r-rebħa b’xutt li spiċċa fis-saqaf tax-xibka.