Friday, December 27, 2024

Serie A: Inter jiftħu vantaġġ ta’ erba’ punti b’logħba inqas

Aqra wkoll

Inter għamlu pass kbir fit-tentattiv li jirbħu l-Iscudetto meta laqgħu lil Juventus u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. 

B’din ir-rebħa issa Inter fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti fuq l-istess Juventus u jridu jirkupraw partita. 

Il-goal li ddeċieda dan il- konfront wasal fis-37 mi­nuta minn auto-goal sfortunat ta’ Federico Gatti meta fit-tenattiv li jantiċipa lil Marcus Thuram il-ballun ħabat mie­għu u baqa’ dieħel fix-xibka.  

Torino v Salernitana – Torino laqgħu lit-team tal-qiegħ tal-klassifika, Salernitana, u setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ min­għajr goals. 

Fil-veritá, il-Granata kel­lhom bosta players regolari neqsin u għaldaqstant utilizzaw bosta players żgħażagħ ġodda. 

Napoli v Verona – Napoli dawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 2-1, b’dawn tal-aħħar baq­għu fil-periklu taż-żona l- ħamra.  

Il-Partenopei nħasdu me­ta Diego Coppola (72) fetaħ l-iskor għal Verona.

Madankollu, in-Naplitani skorjaw darbtejn permezz ta’ Cyril Ngonge (79) u Khvicha Kvaratskhelia (87) biex aċċertaw mit-tliet punti.  

Atalanta v Lazio– Atalanta kisbu rebħa tajba meta għelbu lil Lazio bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers ikunu Mario Pasalic (16) u Charles De Ketelaere (43 pen, 76) filwaqt li Ciro Immobile (84) skorjaw l-goal ta’ konsolazzjoni għal Lazio minn penalty.  

Bologna v Sassuolo – Fil-partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija, Bologna għelbu lil Sassuolo 4-2.  

Dawn tal-aħħar kienu darbtejn fil-vantaġġ minn Kristian Thorstvedt (13) u Cristian Volpato (34) iżda goals minn Joshua Zirkzee (24), Giovanni Fabbian (73), Lewis Ferguson (83) u Alexis Saelemaekers (86) taw it-tliet punti lit-team ospitu. 

Ekonomija

Sport