Thursday, December 26, 2024

Serie A: Inter jirbħu fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Inter kellhom jitħabtu biex għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 2-1, bil-goal tar-rebħa jasal fil-ħin miżjud f’partita li kien fiha minn kollox. 

Din ir-rebħa kienet tfisser ukoll li n-Nerazzurri huma ċ-champions tax-xitwa hekk kif reġgħu fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq Juventus, li iżda, dawn tal-aħħar lagħbu partita inqas. 

It-team immexxi mill-coach, Simone Inzaghi, fetaħ l-iskor fit-13-il minuta minn Lautaro Martinez li kien qed jirritorna minn injury. 

Iżda wara li n-Nerazzurri fallew bosta ċansijiet ta’ skor, fl-74 minuta, huma ġew ikkastigati meta Thomas Henry kiseb id-draw għal Verona.

Madankollu meta kollox deher li dan il-konfront kien se jintemm fi draw kien hemm aktar drama meta Davide Frattesi (91) xeħet lill- Interisti fil-vantaġġ … u filwaqt li Verona kellhom lil Darko Lazovic (92) imkeċċi għal protesti eċċessivi minħabba l-goal, huma setgħu kisbu d-draw meta fid-99 minuta ngħataw penalty iżda mill-11-il metru,  Thomas Henry ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-lasta u jintemm barra. 

Ekonomija

Sport