Sunday, November 24, 2024

Serie A: Inter jirreġistraw rebħa kbira fuq Milan

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, In­ter huma l-uniku team b’punti massimi meta fid- Derby della Madonnina umiljaw lil Milan bl-iskor ta’ 5-1, li sa qabel dan il-konfront iż-żewġ timijiet kienu qed jokkupaw l-ewwel pożizzjoni.

Inter v Milan – Inter kienu fi klassi għalihom meta fi Stadio San Siro għelbu lir-rivali eterni Milan bl-iskor ta’ 5-1 … u taw twissija li se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal-Iscudetto.

Il-protagonisti tan-Nerazzurri kienu Henrikh Mkhitaryan (5, 69), Marcus Thuram (38), Hakan Calhanoglu (79 pen) u Davide Frattesi (93) filwaqt li Rafael Leao (57) irrisponda għar-Rossoneri.

Juventus v Lazio – Juventus laqgħu lil Lazio u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1 biex kisbu t-tielet rebħa minn erba’ ħarġiet.

Min-naħa ta’ Lazio, dawn iddiżappuntaw bil-kbir me­ta kienu ġejjin minn rebħa ta’ 2-1 għand iċ-champions Napoli u kien mistenni ħafna minnhom.

Il-protagonista kien Dusan Vlahovic (10, 67) li skorja doppjetta bil-goal l-ieħor jasal minn Federico Chiesa (26) filwaqt li Luis Alberto (64) wieġeb għal Lazio.

Sport