Saturday, December 14, 2024

Serie A: Inter jistgħu jkabbru l-vantaġġ

Aqra wkoll

Meta tintlagħab is-27 ġurnata tas-Serie A, teżisti possibbiltá kbira li l-leaders Inter jistgħu jkomplu jkabbru l-vantaġġ fil- quċċata tal-klassifika.

Dan minħabba li filwaqt li huma jospitaw lil Genoa, Juventus li jinsabu fit-tieni post, għandhom partita diffiċli meta jmorru jilagħbu għand Napoli.

Inter v Genoa – Jidher li ħadd ma’ jista’ jwaqqaf lil Inter hekk kif f’din is-sena kalendarja huma rebħu l- partiti kollha tagħhom bil- konsegwenza li għandhom vantaġġ ta’ 12-il punt fuq l-eqreb rivali, Juventus.

Bla dubju, jekk in-Nerazzurri joħorġu rebbieħa u Juventus jonqsu milli jiksbu t-tliet punti jkun ifisser pass kbir lejn ir-rebħ tal-Iscudetto minħabba li jiftħu vantaġġ ta’ 14 jew 15-il punt meta jkun għad fadal 11-il partita għat-tmiem … inkel­lha 33 punt għad-dispożiz­zjoni, jiġifieri, nofs triq.  

It-team immexxi mill-coach, Simone Inzaghi, ġej minn rebħa ta’ 4-0 fuq Atalanta li setgħet kienet akbar. 

Immexxija mill-coach, Al­­berto Gilardino, Genoa jinsabu f’nofs il-klassifika bi 33 punt u għalhekk  jinsabu xxamplati f’din il-pożiz­zjoni mingħajr l-ebda pres­sjoni.

L-arma letali tagħhom huwa l-attakkant Islandiż,  Albert Gudmundsson, fejn s’issa skorja disa’ goals u għaldaqstant Inter iridu jagħrfu kif jimmansaw il- furja tiegħu.

Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr Hakan Calhanoglu, Yann Sommer, Stefano Sensi, Marcus Thuram, Francesco Acerbi u Juan Cuadrado filwaqt li Alan Matturo se jkun nieqes għal Genoa … kollha qed jir­kupraw minn injury.

Napoli v Juventus – Friski mir-rebħa għand Sassuolo bl-iskor ta’ 6-1 matul il-ġimgħa, Napoli jospitaw lil Juventus hekk kif dawn iż-żewġ timijiet ikunu nvoluti fl-aqwa konfront ta’ tmiem il-ġimgħa. 

Il-Partenopei għandhom bżonn il-punti biex ikom­plu jisfidaw għal post fl-Ewropa u għaldaqstant ma jistgħux ifallu.

Juventus ġejjin minn reb­ħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Frosinone u f’din il-partita jridu jgħollu l-livell tal- logħba tagħhom jekk iridu joħorġu bit-tliet punti.

Apparti dan kollu, ju­mejn ilu l-Bianconeri ħadu l-aħbar ħażina li l-midfielder Franċiż, Paul Pogba, ġie sospiż għal erba’ snin wara li nstab ħati li għamel użu minn sustanza projbita. 

Napoli għandhom barra lil Cyril Ngonge għax imweġġa’  filwaqt li Juventus ma jistgħux jinkludu lil Weston McKennie, Adrien Rabiot, Danilo, Mattia Pe­rin, Moise Kean u Mattia de Sciglio.

Atalanta v Bologna – Dan huwa konfront dirett bejn żewġ timijiet li qed jissieltu għar-raba’ post, b’Bologna għandhom vantaġġ ta’ żewġ punti fuq Atalanta li ġejjin minn telfa kbira ta’ 4-0 kontra Inter.

Atalanta m’għandhom l- ebda problemi ta’ players neq­sin hekk kif il-players kollha jinsabu għad-dispożizzjoni tal-coach Gian Piero Gasperini .. filwaqt li  Bologna għandhom nieqes lil Adam Souamouro. 

Ekonomija

Sport