Sunday, November 24, 2024

Serie A: Inter megħluba f’darhom minn Fiorentina

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Inter naqsu milli jaqbżu fit-tieni post tal-klassifika meta ospitaw lil Fiorentina u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0. 

B’din it-telfa il-pressjoni kompliet tikber fuq il-coach Simone Inzaghi li jitlef postu hekk kif Antonio Conte qed jissemma’ li se jeħodlu postu. 

L-uniku goal tal-partita wasal fit-53 minuta meta Giacomo Bonaventura kien pront xeħet fix-xibka wara li l-goalkeeper Andre Onana laqa’ parzjalment id-daqqa ta’ ras ta’ Arthur Cabral.

In-Nerazzurri kien sfortunati meta Nicolo Barella ġie mċaħħad mil-lasti filwaqt li xutt ta’ Edin  Dzeko ġie salvat minn fuq il-linja.

Cremonese v Atalanta – Atalanta żammew it-tamiet tagħhom ħajjin biex ikomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Champions League meta barra minn darhom għelbu lil Cremonese bl-iskor ta’ 3-1.

Min-naħa tagħhom, b’din it-telfa Cremonese issa jidher ċar li staġun ieħor se jilagħbu fis-Serie B hekk kif baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika. 

Kien Marten de Roon (44) li fetaħ l-iskor għal Atalanta iżda Daniel Ciofani (56) kiseb id-draw għal Cremonese minn penalty. 

Peró, żewġ goals minn Jeremie Boga (72) u Ademola Lookman (92) aċċertaw ir-rebħa għall-Bergamaschi.

Sport