Inter ħadu skoss qawwi fit-taqtiegħa li jkomplu bl-isfida tagħhom biex jispiċċaw mal-ewwel erbgħa meta f’darhom sfaw megħluba minn Monza bl-iskor ta’ 1-0.
Din it-telfa kienet ir-raba’ waħda mill-aħħar ħames logħbiet fil-kampjonat.
Minkejja li n-Nerazzurri ddominaw il-logħba u kellhom 25 xutt lejn il-lasti, ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja.
Ta’ dawn in-nuqqasijiet, huma pattew qares minħabba li, fit-78 minuta, Monza skorjaw l-uniku goal tal-partita permezz tad-difensur Luca Caldirola li minn azzjoni ta’ corner xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.