Friday, November 15, 2024

Serie A: Inter megħluba minn Spezia

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Inter ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għat-tieni post meta marru għand Spezia u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1. 

Din kienet l-ewwel rebħa għal Spezia fuq in-Nerazzurri li pattew qares għal penalty falluti kif ukoll għal bosta ċansijiet moħlija wara li ddominaw dan il-konfront. 

Fl-14-il minuta, huma ngħataw penalty meta Danilo D’Ambrosio ġie ffawljat minn Mattia Caldara fil-kaxxa iżda x-xutt mill-11-il metru ta’ Lautaro Martinez ġei salvat mill-goalkeeper Bartlomiej Dragowski.

Fit-32 minuta, Spezia resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Kevin Agudelo ġie mċaħħad mill-mimduda. Iżda fil-55 minuta huma marru fil-vantaġġ meta Daniel Maldini kompla għal ġewwa mill-pass ta’ Mbala Nzola.

Madankollu, seba’ minuti mit-tmiem Inter kisbu d-draw minn penalty mogħti minn Romelu Lukaku wara li Salva Ferrer ikkommeta foul fuq Denzel Dumfries.

Iżda, fis-87 minuta, Spezia skorjaw il-goal tar-rebħa meta kien imiss lilhom li jingħataw penalty wara li l-istess Denzel Dumfries din id-darba għamel foul fuq Viktor Kovalenko … u mill-11-il metru Mbala Nzola ma żbaljax.

Ekonomija

Sport