Friday, November 15, 2024

Serie A: Inter se jingħataw rebħa kontra Bologna?

Aqra wkoll

Il-players ta’ Inter ħarġu għall-warming-up fi Stadio Dall’Ara qabel il-logħba kontra Bologna, li ma kinitx se tintlagħab.

Iċ-champions tas-Serie A suppost iffaċċjaw lil Bologna ta’ Sinisa Mihajlovic il-bieraħ fin-12.30 pm.

Madankollu, ir-Rossoblu ġew ordnati jidħlu fi kwarantina għal ħamest ijiem mill-awtorità tas-saħħa lokali, u għalhekk twaqqfu milli jilagħbu.

Inter waslu fl-istadium kif ippjanat u bdew il-warming-up ta’ qabel il-partita.

Beppe Marotta tkellem ma’ Sky Sport Italia, fejn ta­lab ċarezza mill-Gvern u talab vaċċin booster obbligatorju għall-atleti.

Id-direttur ta’ Bologna, Marco Di Vaio, kien fi Stadio Dall’Ara u tkellem fil-qosor mal-coach ta’ Inter, Simone Inzaghi, waqt li l-players ta’ Inter kienu qed jisħnu għal-logħba li ma kinitx se ssir.

Inter x’aktarx se jingħataw rebħa ta’ 3-0 b’mod awtomatiku, iżda jekk Bologna jappellaw mid-deċiżjoni, il-logħba tiġi skedata mill-ġdid kif ġara minn dik bejn Juventus u Napoli fl-istaġun li għadda.

Ekonomija

Sport