Monday, November 18, 2024

Serie A: Inter u Milan jimmiraw li jerġgħu jaqbżu fit-tieni post

Aqra wkoll

Wara li tard il-Ġimgħa fil-għaxija Lazio marru għand Napoli u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 biex qabżu waħedhom fit-tieni post, Inter u Milan  jimmiraw li jkunu huma li jerġgħu jaqbżu fit-tieni post hekk kif iridu jirkupraw partita kontra  kontra Lecce u Fiorentina rispettivament. 

Inter v Lecce – Fuq il-karta Inter jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti meta jospitaw lil Lecce. 

In-Nerazzurri jridu jpattu għad-diżappunt tat-telfa ta’ 1-0 kontra Bologna minħabba li huwa ġew milħuqa minn Milan u għaldaqstant ma jistgħux ifallu. 

Huma se jilagħbu kontra team li jinsab 10 punti fuq iż-żona l-ħamra. Iżda Lecce huma team enigma u inkonsistenti. 

Filwaqt li f’darhom sfaw megħluba minn Sassuolo 1-0, barra minn darhom għelbu lil Atalanta 2-1. 

Lecce għandhom barra lil Kastriot Dermaku u Marin Pongracic filwaqt li Inter ma jistgħux jinkludu lil Federico Di Marco, Joaquin Correa u Milan Skriniar minħabba li kollha qed jirkupraw minn injury. 

Fiorentina v Milan – Milan għandhom impenn delikat meta jmorru jilagħbu għand Fiorentina. 

Jidher li r-Rossoneri ġej­jin f’tagħhom wara li kienu maqbudin fi kriżi 

Fl-aħħar konfront tagħ­hom huma għelbu lil Ata­lanta bl-iskor ta’ 2-0 biex laħqu lill-”kuġini” fit-tieni post tal-klassifika. 

Fiorentina, li jinsabu fit-12-il post, jinżlu għal dan il-konfront b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 3-0 fuq Verona li rreġistraw barra minn darhom. 

Il-Viola għandhom l-is­kwadra kollha għad-dispo­żizzjoni tagħhom filwaqt li Davide Calabria u Ismael Bennacer jinsabu mweġġgħin għal Milan u Zlatan Ibrahimovic mistenni li jkun fil-formazzjoni inizjali.

Roma v Juventus – Bla dubju, dan huwa l-aqwa konfront ta’ tmiem il-ġimgħa. 

Filwaqt li Roma għadhom fl-isfida għall-kwalifikaz­zjoni tal-UEFA Cham­pions League, Juventus jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika iżda b’distakk ta’ 10 punti miż-żona Ewropea. 

Dan wara li tnaqqsulhom 15-il punt minħabba rrego­laritajiet fil-kotba finanzjarji tagħhom. Il-każ jinsab quddiem il-Bord tal-Appelli u jekk dan jintlaqa’, il-Bian­coneri jsibu ruħhom fit-tieni post tal-klassifika.  

Apparti kollox, huma ġejjin minn rebħa ta’ 4-2 fuq Torino fid-Derby delle Mole. Minbarra din ir-reb­ħa, il-punt pożittiv kien ir-ritorn ta’ Paul Pogba hekk kif qatt ma lagħab mindu ngħaqad magħhom fis- sajf mingħand Manchester United minħabba injury fit-tul. 

Roma ġejjin minn telfa xejn mistennija ta’ 2-1 kontra Cremonese bil-coach, Jose Mourinho, jintwera l-karta l-ħamra wara argument jaħraq mar-raba’ uffiċjal. Huwa ġie sospiż żewġ logħbiet u għaldaqstant ma jistax imexxi lit-team minn fuq il-bank. 

Juventus se jkollhom jgħaddu mingħajr Fabio Miretti, Arkadiusz Milik u Kaio Jorge filwaqt li Ebrima Darboe se jkun barra għal Roma għax imweġġgħin.  

Ekonomija

Sport