Thursday, December 26, 2024

Serie A: Inter v Juventus fid-Derby tal-Italja

Aqra wkoll

Mingħajr l-ebda dubju, l-aktar partita tas-Serie A li d-dilettanti tal-football ikunu qed jistennew bil-ħerqa hija dik bejn Inter u Juventus liema partita hija meqjusa bħala d-Derby tal-Italja minħabba r-riva­litá ħarxa li nibtet bejn dawn iż-żewġ clubs. 

Inter v Juventus – Dan hu­­­wa konfront klassiku fejn iċ-champions Inter jos­pi­taw lil Juventus.

In-Nerazzurri jinsabu fit-tieni post segwiti mill-Bianconeri meta punt wieħed biss qed jifred liż-żewġ ti­mi­jiet.  

Inter jimmiraw li joħorġu bit-tliet punti biex fl-istess waqt jagħtu l-ewwel telfa lil Ju­­ventus li huma l-uniku team li għadu ma ġiex megħ­­lub fil-kampjonat Taljan. 

Matul din il-ġimgħa, iż-żewġ timijiet lagħbu fil-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League fejn kellhom riżultati mħallta. 

Filwaqt li barra minn darhom Inter għelbu lil Young Boys tal-Isvizzera bl-iskor ta’ 1-0, f’darhom Juventus sfaw megħluba minn Stuttgart tal-Ġermanja bl-istess skor. 

Din il-partita se tkun ukoll dwell bejn iż-żewġ attakkanti, Lautaro Martinez ta’ Inter u Dusan Vlahovic ta’ Juventus. 

Iż-żewġ timijiet iltaqgħu 182 darba fil-kampjonat bir- rekord huwa favur Juventus b’87 rebħa kontra d-49 ta’ Inter bis-46 l-oħra jintemmu fi draws.  

Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr Francesco Acer­bi, Hakan Calhanoglu, Kristjan Asllani, Piotr Zielinski u lil Tajon Buchanan filwaqt li Juventus ma jistgħux jinkludu lil Weston McKennie, Teun Koopmeiners, Nicolas Gonzalez, Bremer u Arkadiusz Milik, minħabba li kollha qed jikupraw minn injury. 

Napoli v Lecce– Il-leaders Napoli jilqgħu lil Lecce fejn jibdew favoriti li jo­ħorġu rebbieħa u għal­daqstant iżommu posthom fil-quċċata. 

Napoli se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Stanislav Lobotka u Alex Meret filwaqt li Lecce għandhom barra lis-sospiż Antonino Gallo u Luis Hasa, Filip Marchwinski, K­evin Bonifazi u Medon Berisha.

Ekonomija

Sport