Fis-Serie A, Roma rreġistraw t-tieni rebħa konsekuttiva mindu l-coach, Daniele De Rossi, ingħata t-tmexxija tat-team wara t-tkeċċija ta’ José Mourinho.
Il-Giallorossi marru għand Salernitana u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 biex telgħu fil-ħames post tal-klassifika u b’ċans tajjeb li jisfidaw għal post fil-UEFA Champions League.
Wara taqsima mingħajr goals, Roma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn penalty ta’ Paulo Dybala (51) u minn Lorenzo Pellegrini (66).
Peró erba’ minuti wara, Grigoris Kastanos, reġa’ daħħal lil Salernitana fil-logħba iżda Roma għarfu kif jikkontrollaw l-andament tal-logħba sat-tmiem.