Sunday, December 29, 2024

Serie A: It-timijiet ta’ Milan jegħlbu lil dawk ta’ Ruma

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, iż-żewġ timijiet ta’ Milan, Inter u Milan, għelbu lil dawk ta’ Ruma, Roma u Lazio rispettivament bl-iskor identiku ta’ 2-0 biex fetħu beraħ it-taqtiegħa għall-kwalifikazzjoni tal- UEFA Champions League. 

Milan v Lazio – Milan żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jispiċċaw mal-ew­wel erbgħa meta għelbu lil Lazio bl-iskor ta’ 2-0 biex din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għalihom. 

Kien Ismael Bennacer (17) li fetaħ l-iskor għal Milan meta bidel il-ballun ma’ Olivier Giroud qabel xeħet fix-xibka. 

Imbagħad huma rduppjaw 13-il minuta wara meta minn kontrattakk veloċi, Theo Hernandez venven kanunata li għelbet għal kollox lill-goalkeeper Ivan Provedel. 

Roma v Inter – Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda Inter għelbu lil Lazio bl-iskor ta’ 3-1, issa kien imiss lill-”kuġini” tagħhom, Ro­ma,  biex ikunu l-vittmi tan-Nerazzuri meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0. 

Kien Federico Dimarco (34) li fetaħ l-iskor meta ikkonkluda mill-cross ta’ Denzel Dumfries.

Imbagħad, Romelu Lukaku (74), irdoppja wara li rċieva mingħand Lautaro Martinez. 

Ekonomija

Sport