Saturday, November 22, 2025

Serie A: Jispikka d-Derby Della Madonnina

Aqra wkoll

Illum jirritorna l-kampjonat Taljan wara l-waqfa internazzjonali bl-aktar    pa­r­tita attraenti tkun dik li tintlagħab fi Stadio San Siro bejn Inter u Milan, fid-Derby della Madonnina.   

It-team immexxi mill-coach, Christian Chivu, jinżel għal din il-partita f’forma brillanti hekk kif jinsab fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma’ Roma, b’differenza ta’ goals aħjar, wara tliet rebħiet konsekut­tivi.

Żewġ punti warajhom hemm ir-rivali tal-istess belt li fl-aħħar ħames partiti ġew miżmuma tliet darbiet u għaldaqstant fallew sitt punti fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-tit­lu.

Fil-kampjonat dawn iż-żewġ timijiet lagħbu 182 partita bejniethom fejn Inter rebħu 70, Milan rebħu 55 filwaqt li s-57 logħbiet l-oħra spiċċaw fi draw.

In-Nerazzurri skorjaw 260 kontra l-234 tar-Rossoneri. 

Inter ma jistgħux jutilizzaw lill-imweġġa’ Henrikh Mkhitaryan filwaqt li Denzel Dumfries huwa dubjuż.

Għal Milan, Christian Pulisic u Adrien Rabiot huma dubjużi iżda Mike Maignan, Matteo Gabbia u Samuele Ricci, irkupraw għal kollox u se jkunu għad-dispożizzjoni.

Napoli v Atalanta – Napoli jilqgħu lil Atalanta fejn jibdew favoriti li jik­sbu t-tliet punti.

Filwaqt li huma jinsabu fit-tieni post flimkien ma’ Milan, Atalanta niżlu fit-13-il post tal-klassifika wara sensiela ta’ rizultati negattivi u huma biss id-dell tal-forma tal-istaġun li għadda meta spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika.

Napoli se jkollhom jgħad­du mingħajr Kevin De Bruyne, Romelu Lukaku u Frank Anguissa min­ħabba injury, filwaqt li l-Bergamaschi mistenni­ja jkollhom l-iskwadra kol­lha għad-dispożizzjoni.

Cremonese v Roma – Anke Roma jibdew favoriti netti li joħorġu bil-punti massimi minn dan il-konfront.

Ta’ nota huwa l-fatt li d-difiża tal-Giallorossi qed tispikka hekk kif s’issa sofriet ħames goals biss.

Roma u Cremonese skor­jaw numru identiku ta’ goals iżda jinsabu f’naħat opposti tal-klassifika.

Il-Giallorossi se jkol­lhom lil Paulo Dybala, Leon Bailey u Edoardo Bove neq­sin minħabba injury.

Juventus v Fiorentina – Juventus jimmiraw li jestendu s-sensiela tagħhom mingħajr telfa għal erba’ logħbiet … kontra Fiorentina li jinsabu fl-aħħar post fejn għadhom qed ifittxu l-ew­wel rebħa.

Peró, rebħa hija mperattiva għall-Bianconeri biex jibqgħu jżommu l-pass mat-timijiet ta’ fuq.

Huma se  jkollhom lil Du­san Vlahovic u Daniele Ru­gani neqsin minħabba li qed jirkupraw minn injury.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport