Saturday, October 26, 2024

Serie A: Juventus jirbħu d-derby ta’ Turin

Aqra wkoll

Juventus għelbu lil Torino fid-derby ta’ Turin meta fl-Allianz Stadium għelbuhom bl-iskor ta’ 4-2 wara li sal-mistrieħ l-iskor kien 2-2. B’hekk issa Juventus jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika 10 punti inqas mit-team fir-raba’ post, Lazio.

Kien Yann Karamoh (2) li fetaħ l-iskor għat-Toro iżda Juan Cuadrado (16) kiseb id-draw u Antonio Sarabia (43) reġa’ skorja għal Torino.

Iżda Juventus dawru l-iskor favur tagħhom meta skorjaw tliet darbiet minn Danilo (45), Bremer (71) u Adrian Rabiot (81).

Paul Pogba lagħab l-ewwel logħba tal-istaġun għall-Bianconeri.

Fil-logħba l-oħra Roma sfaw sorpriżi mit-team tal-qiegħ Cremonese biex fallew li jingħaqdu ma’ Inter u Milan fit-tieni post b’47 punt.

Din kienet l-ewwel rebħa tal-istaġun għal Cremonese li anke eliminaw lil Roma fil-Coppa Italia dan l-istaġun.

Il-goals tar-rebbieħa ġew minn Frank Tsafjout (17) u Daniel Ciofani (83) minn penalty waqt li Leonardo Spinazzola (71) wieġeb għar-Rumani.

Sport