Kif kien mistenni fil-kampjonat Taljan, Juventus irnexxielhom jiksbu t-tliet punti meta laqgħu lil Spezia u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0. Peró huma kellhom jitħabtu hekk kif il-viżitaturi kienu sfida denja.
Il-Bianconeri fetħu l-iskor minn Dusan Vlahovic (9) iżda mbagħad kellhom jistennew sal-ħin miżjud biex jaċċertaw mir-rebħa … permezz tal-akkwist il-ġdid Arkadiusz Milik.
Napoli fallew żewġ punti importanti meta f’darhom sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Lecce biex fallew milli jżommu l-pass ma’ Roma fil-quċċata tal-klassifika.
U dan minbarra li Lorenzo Colombo falla milli jiftaħ l-iskor għall-viżitaturi meta falla penalty.
Għal dan in-nuqqas kien Eljif Elmas (27) li fetaħ l-iskor għall-Partenopei iżda l-istess Colombo (31) kiseb id-draw għal Lecce.