Juventus laqgħu lil Lazio u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1 biex kisbu t-tielet rebħa minn erba’ ħarġiet.
Min-naħa ta’ Lazio, dawn iddiżappuntaw bil-kbir meta kien ġejjin minn rebħa ta’ 2-1 għand iċ-champions Napoli u kien mistenni ħafna minnhom.
Il-protagonista kien Dusan Vlahovic (10, 67) li skorja doppjetta bil-goal l-ieħor jasal minn Federico Chiesa (26) filwaqt li Luis Alberto (64) wieġeb għal Lazio.