Tuesday, December 24, 2024

Serie A: Juventus jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Ju­ventus irritornaw għar- rebħ biex qabżu lil Lazio fit-tieni post tal-klassifika. 

Juventus v Lecce – Wara tliet telfiet u draw, Juventus reġgħu sabu l-formula tar-rebħ meta f’darhom għelbu lil Lecce bl-iskor ta’ 2-1, b’dawn tal-aħħar għadhom fit-taqtiegħa biex isalvaw posthom mal-kbar. 

Il-goals tal-Bianconeri waslu minn Leandro Paredes (15) u Dusan Vlahovic (40) filwaqt li Assan Ceesay (37) kiseb id-draw momentarju minn penalty. 

Atalanta v Spezia – Ata­lanta ospitaw lil Spezia u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2 biex telgħu fir-raba’ post tal-klassifika. 

Il-goals waslu minn Marten de Roon (32), Davide Zappacosta (48) u Luis Muriel (54) filwaqt li Emmanuel Gyasi (18) u Mehdi Bourabia (64) skorjaw għal Spezia. 

Salernitana v Fiorentina– Salernitana u Fiorentina spiċċaw fi draw ta’ 3-3. L-iskorers għal Salernitana kienu Boulaye Dia (10), Boulaye Dia (59, 81 pen) filwaqt li Nicolas Gonzalez (36), Jonathan Ikone (71) u Cristiano Biraghi (84) wieġbu għal Viola. 

Sampdoria v Torino – Barra minn darhom Torino għelbu lil Sampdoria 2-0, b’goals minn Alessandro Buongiorno (31) u Pietro Pel­legri (93).

Ekonomija

Sport