Sunday, December 22, 2024

Serie A: Juventus megħluba minn Sassuolo

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Ju­­ventus ġew sorpriżi minn Sassuolo meta sfaw megħ­luba bl-iskor ta’ 1-0. 

Din it-telfa hija meqjusa d-daqqa mortali għall-Bianconeri hekk kif issa hija diffiċli għalihom biex jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League jekk ma jingħatawx il-15-il punt wara li tnaqqsulhom min­ħabba rregolaritajiet finanzjarji. 

Din id-deċiżjoni għandha tittieħed fil-jiem li ġejjin quddiem il-Bord tal-Appelli. 

Madankollu, jekk dan ma jseħħx, Juventus xorta waħda għandhom bieb imbexxaq biex jikkwalifikaw għall-aqwa kompetizzjoni Ewropea … dejjem jekk jirnexxielhom jirbħu l-UEFA Europa League. 

Nhar il-Ħamis li għadda huma għelbu lil Sporting Lisbon 1-0, fl-ewwel leg tal-kwarti-final. 

Din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għal Juventus meta fi tmiem il-ġimgħa li għadda sfaw megħluba minn Lazio bl-iskor ta’ 2-1.

Intant, din il-logħba kienet waħda miftuħa fejn iż-żewġ timijiet ħolqu bosta okkażjonijiet ta’ skor. 

Iżda l-goal rebbieħ wasal fl-64 minuta, mis-sositut Gregoire Defrel, li approfitta minn żball ta’ Nicolò Fagioli. 

Ekonomija

Sport