Juventus rkupraw minn żvantaġġ ta’ żewġ biex temmew fi draw kaotiku ta’ 2-2 kontra Salernitana grazzi għal penalty salvat minn rebound ta’ Leonardo Bonucci, iżda l-Bianconeri kellhom goal leġittimu mħassar fejn anke ġew murija tliet karti ħomor.
Filmati ssuġġerew li t-tielet goal ta’ Juventus ġie mħassar b’mod żbaljat mill-VAR iżda l-Lega Serie A ħarġet stqarrija li l-VAR inkluda l-pożizzjoni ta’ Antonio Candreva.
It-tmiem kontroversjali ra d-daqqa ta’ ras ta’ Arkadiusz Milik tispiċċa fix-xibka iżda l-goal tħassar minħabba li Leonardo Bonucci kien ikkunsidrat li jinsab f’pożizzjoni ta’ offside u kien qed ifixkel l-azzjoni.
Max Allegri qajjem dubji wara l-partita fejn saħaq li Candreva kien viċin il-bandiera tal-corner u għaldaqstant ma kienx qed jinterferixxi fil-logħob.
Filmati tal-kameras issuġġerew li fil-mument tad-daqqa ta’ ras ta’ Milik, Candreva kien 2.9 metri mit-touchline u Bonucci kien 3.42 metri mill-istess punt, li kien ifisser li Bonucci kien f’pożizzjoni tajba b’50 ċentimetri.
Intant, Salernitana ħadu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Antonio Candreva (18) u Krzysztof Piatek (45 pen).
Iżda l-Bianconeri kisbu d-draw minn Kasper Bremer (51) u Leonardo Bonucci (90).
Imbagħad l-istess Bonucci falla penalty filwaqt li fil-ħin miżjuda kien hemm tliet players imkeċċija … Juan Cuadrado u Arkadiusz Milik għal Juventus u Federico Fazio għal Salernitana.