Arkadiusz Milik kien kemm eroj kif ukoll il-ħati għal Juventus, fejn wara li kellu penalty salvat, imbagħad skorja l-goal tad-draw wara li Riccardo Orsolini kien fetaħ l-iskor fl-10 minuta għal Bologna minn penalty bil-logħba tintemm 1-1.
Il-Bianconeri kienu qed iħossu l-pressjoni wara li f’nofs il-ġimgħa tilfu s-semi-finali tal-Coppa Italia u tilfu tliet logħbiet tas-Serie A. Angel Di Maria u Moise Kean kienu assenti, b’Dusan Vlahovic fuq il-bank biss b’injury fl-għaksa. L-ospiti fallew lil Marko Arnautovic, Roberto Soriano u Nicola Sansone.
Fil-31 minuta l-VAR iddeċiedi penalty ieħor, iżda din id-darba fil-protokoll, għax ir-referee kien ta free kick barra l-kaxxa, filwaqt li Jhon Lucumi kien waqqa’ lil Milik ġewwa b’dan ikollu x-xutt mill-11-il metru salvat faċilment minn Skorrupski. Iżda huwa patta għal dan meta fis-60 minuta kiseb il-goal tad-draw.
Wara t-telfa ta’ Lazio u d-draw ta’ Juventus, Napoli jridu punt biex isiru Champions Taljani.