Saturday, February 22, 2025

Serie A: Juventus u Inter fid-Derby tal-Italja

Aqra wkoll

Fis-Serie A, tintlagħab il-25 ġurnata bl-aktar partita li se tiġbed l-attenzjoni se tkun dik bejn Juventus u Inter, jew aħjar id-’Derby tal-Italja’ fejn iż-żewġ timijiet iġeddu r-rivalitá qalila li bdiet tissaħħaħ fil-bidu ta’ dan is-seklu. 

Barra minn din hemm partita oħra mill-aktar inte­ressanti fejn il-leaders Nappoli jmorru jilagħbu għand Lazio f’dik li titqies bħala waħda mill-aktar diffiċli.

Juventus v Inter – Dan hu dwell klassiku bejn l-ikbar rivali fl-Italja. 

Inter ġejjin minn rebħa tajba ta’ 2-1 kontra Fioren­tina biex naqqsu d-distakk għal punt wieħed fil-konfront tal-leaders Napoli li għandhom 54 punt. 

It-team immexxi mill-coach, Simone Inzaghi, irrisponda b’mod impekkabbli għat-telfa ta’ 3-0 kontra l-is­tess Fiorentina liema partita kienet antiċpazzjoni għal dik tal-1 ta’ Diċembru, li għadda, wara li kienet ġiet sospiża fis-16-il minuta wara li l-midfielder tal-Viola, Edoardo Bove, sofra minn attakk f’qalbu. 

In-Nerazzurri huma kon­xji tal-importanza ta’ dan il-konfront fejn xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom.

Huma se jiffaċċjaw team trasformat wara l-akkwisti li għamel fis-suq tat-trasfe­rimenti ta’ Jannar, bl-aktar wieħed li qed jispikka jkun l-attakkant internazzjonali Franċiż, Randall Muani li jinsab f’forma formidabbli hekk kif skorja erba’ goals fi tliet partiti.   

Iż-żewġ timijiet għandhom bosta players li qed jirkupraw minn injury.

Għal Inter hemm Denzel Dumfries, Marcus Thuram, Federico Dimarco, Raffaele Di Gen­naro, Filip Stan­kovic, Zinho Vanheusden, Valentin Carboni u Martin Satriano … filwaqt li Juventus għandhom lil Juan Cabal, Gleison Bremer, Arkadiusz Milik, Luca Pellegrini u Andrea Cambiaso.

Lazio v Napoli– Lazio jospitaw lil-leaders Napoli f’partita li hija waħda delikata għaż-żewġ timijiet. 

It-team immexxi mill-coach, Marco Baroni, tela’ fir-raba’ post tal-klassifika wara r-rebħa kbira ta’ 5-1 fuq Monza. 

Huwa jittama li l-attakkant, Valentin Castellanos, ikun fl-aqwa forma tiegħu hekk kif huwa l-aħjar skorers tat-team b’disa’ goals. 

Min-naħa ta’ Napoli, li ġejjin minn draw ta’ 1-1 kontra Udinese fejn fallew żewġ punti mill-aktar importanti, ma jistgħux ifallu din il-partita minħabba li jistgħu jinqabżu minn Inter.  

Lazio se jkollhom jgħaddu mingħajr Akpa-Akpro, Elseid Hysaj, Matias Vecino, Patric u Filipe Bordon filwaqt li Napoli għandhom neqsin lil Leonardo Spinazzola u Mathias Oliveira.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport