Friday, December 20, 2024

Serie A: Juventus u Inter fl-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa

Aqra wkoll

Hekk kif matul dawn it-tlett ijiem tintlagħab it-13-il ġurnata tas-Serie A, bla dubju, l-aktar partita li tispikka hija dik bejn Juventus u Inter li minbarra r-rivalitá bejn dawn iż-żewġ timijiet, huma se jkunu qed jissieltu għall-ewwel post. 

Partita oħra interessanti hija dik bejn Atalanta u Napoli bil-Bergamaschi jimmiraw li jaqbżu lill-istess Naplitani u jidħlu fiż-żona tal-UEFA Champions Lea­gue. 

Juventus v Inter – Bla dubju, dan id-Derby tal- Italja huwa deskritt bħala l-partitissima ta’ dan il-programm li se tkun segwita mid-dinja kollha. 

Inter u Juventus qed jokkupaw l-ewwel żewġ postijiet rispettivament, bil-Bian­coneri huma konxji li rebħa tkun tfisser li jaqbżu waħedhom fil-quċċata tal- klassifika.  

Iżda huma konxji wkoll li l-pressjoni se tkun fuq­hom minħabba li rebħa għan-Nerazzurri tkun tfis­ser li jiftħu vantaġġ ta’ ħa­mes punti fuqhom stess.  

Dan il-konfront se jkun ukoll dwell bejn iż-żewġ skorers prolifiċi, Lautaro Martinez għal Inter u Fe­derico Chiesa għal Juventus li għadu ġej minn wirja mpressjonanti mat-team nazzjonali Taljan. 

Din se tkun il-91 partita diretta għand Juventus li għandhom rekord tajjeb ta’ 62 rebħa kontra t-12 ta’ Inter … bil-Bianconeri jiskorjaw 158 goal kontra s-69 tal-avversarji. 

Juventus ma jistgħux jinkludu lil Fabio Miretti, Manuel Locatelli, Timothy Weah, Danilo, Alex Sandro u Mattia de Sciglio filwaqt li Inter għandhom neqsin lil Hakan Calhanoglu, Alessandro Bastoni, Benjamin Pavard u Juan Cuadrado, ilkoll qed jirkupraw minn injury. 

Atalanta v Napoli– Din il-partita timmarka r-ritorn tal-coach, Walter Mazzarri, fit-tmun ta’ Napoli wara li bejn l-2009 u l-2013 kien fir-responsabbiltá tat-team. 

Huwa ħa post Rudi Garcia li tkeċċa wara t-telfa ta’ 1-0 f’darhom kontra Empoli.

Peró dan ir-ritorn mhux se jkun faċli minħabba li l-Partenopei jridu jmorru jilagħbu fil-Gewiss Sta­dium, kontra Atalanta li bħalissa għaddejjin minn mument feliċi. 

Il-Bergamaschi jittamaw li l-attakkant, Gianluca Scamacca, ikun fil-forma solita tiegħu li minbarra li s’issa skorja ħames goals huwa player dixxiplinat u ħab­rieki.

Napoli se jkollhom jgħad­du mingħajr is-servizzi tal-imweġġgħin Piotr Zielinski, Mario Rui, Diego Demme, Alex Meret u Victor Osimhen. Għall-istess raġuni, Rafael Toloi, Giorgio Scalvini, Charles De Ketelaere, Emil Holm u El Bilali Toure huma neqsin għal Atalanta b’Marten de Roon huwa sospiż.

Milan v Fiorentina – Milan jospitaw lil Fiorentina li jinsabu fiż-żona tal-UEFA Europa League u għaldaqs­tant jimmiraw li joħorġu bit-tliet punti, konxji mill-fatt li b’rebħa jilħqu lill-is­tess Milanisti li bħal donnhom jinsabu fi kriżi. 

Ir-Rossoneri għandhom lil Christian Pulisic, Pierre Kalulu, Simon Kjaer, Marco Sportiello mweġġgħin filwaqt li Olivier Giroud huwa sospiż. 

Ekonomija

Sport